Għada nibdew l-Erbgħat
Mixja ta’ 15-il Erbgħa sa Santa Marija Hija mixja sabiħa u sinifktiva, dik tal-ħmistax-il Erbgħa ta’ Santa Marija. Mixja ta’ preparazzjoni u tħejjija li tgħinna, minn […]
Aqra aktar
Imfakkra l-ġrajja tad-29 t’April
Aqra aktar
Id-29 t’April; tifkira dejjem imġedda
Aqra aktarIs-Soċjetà Leone.
Is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D.1863 hija organizzazzjoni mużikali volontarja bl-iskop li sservi ta’ skola ta’ mużika, tmexxi l-Banda Ċittadina Leone, tieħu ħsieb il-festi esterni ta’ Santa Marija, torganizza attivitajiet teatrali, teduka u tifforma lill-membri tagħha b’emfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti.
Is-Soċjetà tikkonsisti f’diversi fergħat, iżda l-qalb tagħha hija l-banda. It-twaqqif tagħha jmur lura lejn l-1863 bħala l-ewwel banda Għawdxija, iffurmata minn żewġ baned – Tal-Binu (Ġorġ Tabone) u Ta’ Dirjanu (Dirjanu Lanzon). Maż-żmien, is-Soċjetà kibret u evolviet għal dik li nafuha llum b’diversi fergħat u sezzjonijiet ta’ għamla u natura diversa.
Banda
Il-Banda Ċittadina Leone hija l-omm u l-qalb tas-Soċjeta`. Dik li llum nafuha bħala Soċjetà Filarmonika Leone bil-fergħat u l-attivitajiet kollha tagħha, hija…
Teatru tal-Opra Aurora
It-Teatru tal-Opra Aurora, mibni bejn l-1971 u 1976 skont il-pjanti, disinni u dekorazzjoni tal-artist rinomat Malti Kav. Envin Cremona, flimkien mal-arkitett Joseph…
Festa ta’ Santa Marija
Il-festa ta’ Santa Marija hija ċċelebrata fil-Belt Victoria ta’ Għawdex mis-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Parroċċa tal-Katidral ta’ Għawdex fil-15 t’Awwissu. Il-festi reliġjużi…
